Is-sisa li ġiet introdotta fuq ċertu materjal tal-kostruzzjoni, fosthom fuq il-ħġieġ u l-ħadid, se jġorra l-konsumatur.
Kliem il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) Sandro Chetcuti f’reazzjoni għall-budget.
Sandro Chetucti qal li għalkemm fuq proġetti kbar is-sisa introdotta ma tagħmilx differenza, il-konsumatur se jkollu jġorr l-ispiża meta jkun qed jixtri d-dar tiegħu għall-ewwel darba.
Sandro Chetcuti żied li fil-budget il-Gvern laqa’ 8 proposti minn total ta’ 11 preżentati mill-MDA. Fost oħrajn hu rrefera għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-boll għal min jixtri propjetà f’Għawdex u l-estensjoni tal-iskema tal-‘first-time buyers’.
//= $special ?>