Lokali

15,000 paġna ta’ dokumenti: Il-Kap tal-Oppożizzjoni jitlob estensjoni tal-perjodu ta’ konsultazzjoni dwar il-Power Station u t-tanker tal-gass

F’ittra li bagħat liċ-Chairman tal-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi l-Professur Victor Asciak, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil talab formalment biex jiġi estiż il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-Power Station u t-tanker tal-gass fil-bajja ta’ Marsaxlokk.

Il-konsultazzjoni pubblika nfetħet illum u hija miftuħa għal 30 ġurnata biss. Kif spjegat fl-ittra tal-Kap tal-Oppożizzjoni, r-rapporti ppubblikati aktar kmieni llum fihom aktar minn 15,000 paġna li mhux biss iridu jinqraw f’dan iż-żmien qasir, iżda trid issir ukoll il-konsultazzjoni dwarhom.

Aqra l-ittra mibgħuta mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil liċ-Chairman tal-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi.

Sadanittant, mat-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni ngħaqad ukoll il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, li wkoll talab estensjoni għall-perjodu ta’ konsultazzjoni.