Internazzjonali

Il-flotta Russa barra l-kosta Ingliża

Airtcraft carrier Russa akkumpanjata minn diversi bastimenti tal-gwerra minn ħin għall-ieħor mistennija jgħaddu minn ma’ ġenb il-kosta Ingliża fi triqithom lejn il-Mediterran.
Il-bastimenti, parti mill-Flotta Russa tat-Tramuntana , jinsabu fi triqithom lejn ibħra Sirjani.
L-aircraft carrier, l-‘Amirall Kuznetsov’ hi akkumpanjata minn seba’ bastimenti tal-gwerra oħra.
Din hi l-akbar ġabra ta’ bastimenti tal-gwerra Russi li baħħru fit-Tramuntana tal-Ewropa mill-2014.
Fil-Mediterran impenjati fil-ġlied fis-Sirja, ir-Russja diġa għandha għaxar bastimenti tal-gwerra.