Erba’ uffiċjali tal-Pulizija ndarbu wara li estremista tal-lemin fetaħ in-nar fuqhom f’Georgensgmünd fl-Istat ta’ Bavarja.
Il-Pulizija qalet li r-raġel hu membru tal-moviment estremista Reichsbürger, li jemmen li l-Istat Ġermaniż hu illegali u li l-liġijiet tal-Gvern ta’ Adolf Hitler, magħruf bħala r-Reich, huma dawk leġittimi.
Ir-raġel indarab ħafif qabel ma kien arrestat b’kelliemt al-Pulizija jgħid li xi wħud minn dawk li ndarbu kienu f’kundizzjoni serja.
Jiftaħ in-nar fuq il-Pulizija Ġermaniża
