Il-klabb ta’ Pembroke ħabbar li l-kowċ Artim Shaqiri se jkun il-kowċ il-ġdid tal-klabb u se jieħu post il-kowċ Malti Winston Muscat. Flimkien ma’ Shaqiri, ġew inklużi wkoll Alessandro Catania u Tonio Alessio bħala kowċ tal-gowlkipers u physical trainer rispettivament.
Din l-inklużjoni għandha l-għan li tibdel il-bidu negattiv li t-tim kellu dan l-istaġun, u żgur li dan il-grupp tekniku barrani se jġib xi bidliet biex jipprova jaqla lit-tim ta’ Pembroke minn qiegħ il-klassifika. Il-President flimkien mal-kumitat jemmnu li din kienet l-aħjar għażla għal klabb fiċ-ċirkostanzi kif ukoll għandhom il-fiduċja li se jaraw il-progress tant mistenni fix-xhur li ġejjin.
Il-klabb irringrazzja lill-kowċ Winston Muscat flimkien mal-istaff tiegħu tax-xogħol li għamel mal-klabb fejn wassal lil Pembroke għal staġun pożittiv fl-ewwel staġun tagħhom fil-Premier.
//= $special ?>

