Knisja

Kurċifiss ġdid maħdum f’Ortisei fl-Italja għall-knisja tal-Imm. Kunċizzjoni fil-Ħamrun

Il-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun nhar l-1 t’Ottubru ppreżentat kurċifiss ġdid fuq l-artal tal-knisja tagħha. Il-knisja għalkemm hija waħda moderna; bl-istatwa mill-isbaħ titulari tal-Immakulata, il-via sagra u t-titular tal-mużajk fl-isfond tal-artal fost l-oħrajn hija xorta waħda knisja għanja fiha nnifisha hekk kif l-arti moderna tiltaqa’ flimkien ma’ dik sagra.

L-istatwa tal-kurċifiss kienet minquxha bit-teknika ta’ skultura magħmula għal kollox bl-idejn mill-bidu sat-tmiem tal-proċess tax-xogħol mit-tim ta’ Ferdinando Stuflesser 1875 f’Ortisei l-Italja. L-istatwa hija għalhekk xogħol uniku u kif ukoll ta’ kwalità artistika għolja.

Fid-detall l-iskultur qalilna il-proċess kollu ta’ kif saret din l-arti sagra.

L-injam użat għal dan kollu huwa dak l-injam imsejjaħ tas-siġra tal-Linden li tiġi mkabbra fl-Italja u li mbagħad dan l-injam ġie mnixxef f’post apposta biex isir tajjeb għall-iskultura.

L-ewwel fażi kienet l-għażla tal-injam il-għalhiex jekk iz-zokk ikollu l-problema maż-żmien dan jista’ jiftaħ xi xquq. Filfatt il-parti magħrufa bħala t-tronk hija l-aktar parti li trid tkun b’saħħitha.

Wara mbagħad ġiet segwitha l-iskultura prima biex jagħtu l-ewwel forma lill-iskultura u mbagħad ikompli gradwalment it-tinqix.

Il-fażi li jmiss imbagħad kienet il-kulur lill-kurċifiss li ngħata l-kuluri taż-żejt ta’ kwalità għolja li suppost għandhom jiggarantixxu li ż-żebgħa tibqa’ għal tul ta’ żmien u kif ukoll waħda li ma tagħmilx ħsara lill-iskultura.