Aktar minn terz tal-madwar 300 tfajla li sentejn ilu kienu nħatfu mill-Boko Haram minn skola f’Chibok, ma jridux jitilqu.
Bħalissa l-Gvern Niġerjan qed jinnegozja l-ħelsien ta’ madwar 83 minn madwar 190 tfajla li għadhom f’idejn il-grupp militanti Iżlamiku. Dan wara li 21 inħelsu l-ġimgħa li għaddiet f’ġest ta’ rieda tajba mill-grupp.
Imma issa Pogu Bitrus, iċ-Chairman tal- Chibok Development Association, qal li hemm ħafna li ma jridux jitilqu l-grupp. Dan għaliex jew ġew indotrinati inkella għaliex jibżgħu mir-reazzjoni tan-nies la darba jirritornaw lura. Dan peress li ħafna minnhom issa kellhom tfal mill-ġellieda tal-Boko Haram.
Terz tat-tfajliet f’idejn il-Boko Haram ma jridux jitilqu
