Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May indikat fil-Parlament li r-Renju Unit aktarx mhux se jlaħħaq itemm in-negozjati għall-Brexit sad-data mistennija ta’ Marzu tal-2019.
May qalet li n-negozjati jistgħu jdumu jkaxkru aktar mis-sentejn stabbiliti skont l-Artiklu 50 tal-UE.
May kienet wiegħdet li tattwa l-Artiklu 50 sa tmiem Marzu tal-2017 bit-tir li sal-istess xahar ta’ sentejn oħra jkunu ntemmew in-negozjati.
Imma waqt il-Question Time l-Erbgħa filgħodu fi tweġiba dwar dawn in-negozjati, May qalet li l-proċess se jieħu ftit aktar minn sentejn. Hi żiedet li l-Parlament se jkun jista’ jgħid tiegħu f’diversi modi rigward il-Brexit.
Issa, din il-ġimgħa May se tkun qed tattendi l-ewwel summit tal-UE bħala Prim Ministru.
Tindika li l-Brexit aktarx ġej bit-tul
