Għall-ħabta tal-5p.m. żagħżugħ ta’ 27 sena, minn Raħal Ġdid miet waqt li kien qed jgġum fid-Dwejra limiti ta’ San Lawrenz, Għawdex.
Fi stqarrija l-pulizija qalgħet li għal xi raġuni ż-żagħżugħ sab ruħu f’diffikulta` waqt li kien qiegħed jgħum fl-inħawi msemmijja.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn żewġ persuni li kienu miegħu u ddaħħal l-art permezz ta’ dinghi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura fejn sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet.
Il-Forzi Armati ta’ Malta u l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

