Lokali

Bieb il-Bombi fil-Floriana mhux imħares kif mistħoqq

“M’jien nitlob xejn speċjali ħlief li xi darba jagħtuna l-ħin mistħoqq u jisimgħuna” – James Aaron Ellul

Dan kien il-kumment tal-kunsillier tal-PN James Aaron Ellul fil-lokalita’ tal-Floriana hekk kif f’post fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook ġibed l-attenzjoni li Bieb il-Bombi min-naħa ta’ wara ilu għal dawn l-aħħar 4 snin mingħajr camera ta’ sigurta’ fuq wara. B’hekk Bieb il-Bombi mhux jiġi mħares kif suppost.

Fil-post Ellul qal li hu ilu li qajjem dan il-punt, u infatti il-Kunsill Lokali tal-Floriana kien qabel li tinbgħat korrispondenza lis-Sovratindenza tal-Patrimonju Kulturali. Huwa qal li lanqas is-Sovratindenza tal-Patrimonju Kulturali qatt ma rrispondiet il-korrispondenza li ntbagħtet, xi ħaġa li suppost din is-Sovratindenza suppost għandha tagħti każ.

Huwa saħaq li hemm bżonn li dan il-punt ma jaqgħax fuq widnejn torox għax għalkemm Bieb il-Bombi huwa wirt Furjaniż huwa wara kollox ukoll wirt Nazzjonali u li hemm bżonn nieħdu ħsiebu u nħarsuh.

james aaron ellul