Illum se ssir l-awtopsja fuq il-katavru taz-zaghzugh ta’ 27 sena li joqgħod Raħal Ġdid illi miet waqt li kien qed jghum fid-Dwejra limiti ta’ San Lawrenz, Għawdex. Il-kaz sehh ilbierah ghall-habta tal-5pm.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn żewġ persuni li kienu miegħu, meta dawn raw li sab ruhu f’diffikulta’. Hu ddaħħal l-art permezz ta’ dinghi.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura fejn sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet. NETnews.com.mt dalghodu ikkonferma li r-ragel jismu Ludovick Casha, u huwa missier ta’ tifla ta’ 5 snin.
Kienu bosta dawk il-ħbieb ta’ Ludovick illi ħallew messaġġi ta’ dieqa fuq il-profil tiegħu fuq Facebook. Ħafna għadhom maħsuda b’din it-traġedja u ma jistgħux jemmnu x’ġara lbieraħ f’Għawdex.
Ludovick kien persuna li jħobb ħafna il-baħar, kif ukoll id-diving. Iż-żagħżugħ ilu jipprattika dan il-passatemp madwar 7 snin. Hu kien parti mit-team tal-Beauchat, u kien anke jsiefer barra l-pajjiż.
Sa issa għad m’hemmx dettalji dwar il-funeral tiegħu.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>