Lokali

Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija xejn m’hi kuntenta bir-rati tal-enerġija

Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija fi stqarrija iddikjarat li xejn m’hi kuntenta bir-rati tal-enerġija u dan stqarritu immedjatament wara d-diskors tal-Baġit ta’ nhar it-Tnejn.

Fl-istqarrija tagħha l-Kamra rreferiet għal xi rapporti fil-media u qalet li tixtieq tiċċara l-pożizzjoni tagħha u għall-korretezza rrepetiet id-dikjarazzjoni tagħha kif ġej…

“Il-Kamra tal-Kummerċ hi diżappuntata tinnota li ma kienx hemm miżuri biex ikun indirizzat aktar tnaqqis tat-tariffi tal-enerġija għan-negozji li kienet il-proposta ewlenija tal-Kamtra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija qabel il-Baġit. Hemm il-biża li dan il-fatt se jkompli jwassal għal iktar tnaqqir tal-kompetittività ta’ Malta f’setturi sensittivi ma reġjuni u stati oħrajn.”

Id-dijarazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ tkompli li “skond l-istatistiċi uffiċjali għar-Rati tal-Enerġija Industrijali għat-tieni nofs tal-2015 – kif juri l-Eurostat ta’ Awwissu li għadda – il-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi tal-industrija bit-taxxi u l-levies inklużi fity-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea bħala medja kienu marġinalment inqas minn dawk disponibbli għall-konsumaturi industrijali f’Malta.”

“Barra minnhekk, ir-rata industrijali medja f’Malta kif ikkwotata mill-Eurostat hi 36 fil-mija ogħla mir-rata medja disponibbli fil-pajjiżi li qed jikkompetu għall-investiment barrani dirett fosthom ikl-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovenja. Barra minnhekk ukoll, tajjeb li wie]ed jinnota li Malta hi l-uniku stat membru tal-UE fejn ir-rati kummerċjali huma ogħla minn dawk domestiċi u d-differenza hi ta’ 12 fil-mija. Bħala medja ir-rati kummerċjali fit-28 pajjiż tal-UE huma 43 fil-mija orħos mir-rato domestiċi.”

Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija qalet li hu ċar li l-istruttura preżenti tar-rati tal-enerġija f’Malta timxi mal-prinċipju li l-ewwel irid jinħoloq il-ġid qabel jitqassam u ma taqbilx mal-ptrinċipju tat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-ġid fil-pajjiż.