Kunsilli Lokali Lokali

Il-Kunsill ta’ Ħ’Attard f’Ġemellaġġ ma’ villaġġ fi Franza

Wara erba’ snin ta` ħidma kontinwa bejn il-Kunsill Lokali ta` Elancourt ġewwa Franza u dak ta` Ħ`Attard ġewwa Malta, nhar il-Ġimgha, 14 ta` Ottubru 2016 ġew iffinalizzati u ffirmati żewġ dokumenti, dak ta` Ġemellaġġ bejn iż-żewg lokalitajiet mis-Sur Jean-Michel Fourgous, Sindku ta` Elancourt u s-Sur Stefan Cordina, Sindku ta` Ħ`Attard u Programm t’attivitajiet għas-sena 2016/2017 mis-Sur Andre` Poutier, Viċi President tal-Kumitat tal-Ġemellaġġ għall-Elancourt u s-Sur Remigio Bartolo, Ċerpersin tal-Kumitat tal-Ġemellaġġ għal Ħ`Attard.

Dan il-ftehim huwa bbażat fuq tlett aspetti prinċipali, dak tal-Edukazzjoni, dak tal-Isport u dak tal-Kultura. Matul dawn l-aħħar sentejn saru diversi kuntatti bejn studenti tal-iskola Primarja ta` Elancourt u studenti tal-iskola Primarja ta` Ħ`Attard.

Saru diversi kuntatti u exchanges bejn organizazzjonijiet sportivi taż-żewġ lokalitajiet u oħrajn kulturali.

Fi stqarrija l-Kunsilli Lokali ta’ Ħ’Attard sostna li dan il-ftehim huwa l-ewwel pass għall-aktar koperazzjoni kontinwa bejn iċ-ċittadini taż- żewġ lokalitajiet.