Ingliża ta’ 60 sena weġġgħet gravi hekk kif kienet involuta f’inċident tat-traffiku. Jirriżulta li l-mara kienet passiġġiera f’karozza misjuqa minn Raġel Ingliż ta’ 67 sena li weġġa’ ħafif. Magħhom kien hemm wkoll tarbija ta’ 9 xhur.
Il-Każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-11:35am, fi Triq Burmarrad San Pawl il-Baħar. F’dan l-inċident kienu involuti b’kollox tlett karozzi. Jirriżulta li karozza tat-tip BMW u oħra Mazda ħabtu hekk kif kienu qed isuqu fl-istess direzzjoni. Każwa tal-ħabta l-karozza BMW baqgħet dieħla f’karozza oħra, tat-tip Hyundai, li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni l-opposta. Fil-Hyundai kien hemm iż-żewġ ingliżi u tarbija ta’ 9 xhur. Il-mara Ingliża kellha tittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.
Is-sewwieq tal-BMW hu Tork ta’ 50 sena residenti San Pawl il-Baħar filwaqt li l-Mazda kienet qed tinstaq minn ġuvni ta’ 26 sena residenti Ħal Qormi. Huma ma sofrew l-ebda ġrieħi.
Il-Pulizijia qed tinvestiga dan l-inċident.
//= $special ?>