Il-Gvern tal-Iskozja ppubblika l-abbozz ġdid tiegħu dwar tieni referendum għall-indipendenza mill-bqija tar-Renju Unit.
L-Ewwel Ministru tal-Iskozja, Nicola Sturgeon, qalet li dan il-pass ma jfissirx li jsir referendum ieħor dwar l-indipendenza – wara dak li kien sar fl-2014 –imma li l-Iskozja se tkun lesta biex torganizza votazzjoni jekk jinħass li hu neċessarju biex il-pajjiż jipproteġi l-interessi tiegħu waqt li r-Renju Unit ikompli bil-proċess għall-Brexit.
Sturgeon sostniet li l-Iskozja għandha jkollha l-kapaċità biex tikkunsidra mill-ġdid il-kwistjoni tal-indipendenza qabel ir-Renju Unit iħalli l-UE, li x’aktarx li jseħħ fl-2019 jekk il-Gvern ta’ Londra, f’Marzu, jattiva l-proċess formali ta’ Artiklu 50.
Pubblikat abbozz ġdid għall-indipendenza tal-Iskozja
