Lokali

Solidarjetà ma dawk li qed jissieltu mal-Kanċer tas-Sider – MNPN

Fl-okkażjoni tax-xahar iddedikat għal Breast Cancer Awareness, il-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista jixtieq jesprimi solidarjetà sħiħa ma’dawk in-nisa kollha li għaddejien jew għaddew minn din l-esperjenza u jawguralhom titjieb f’saħħithom u fejqan.

Il-Moviment jixtieq ukoll ifakkar kif il-PN dejjem ħadem bis-sħiħ biex itaffi kemm hu possibbli din il-problema: kien Gvern Nazzjonalista li introduċa is-servizz tassew utli ta’ breast screening għan-nisa ta’ bejn 50 u 60 sena, servizz li jingħata b’xejn u jiġi irreputut kull tlett snin. L-istess jista’ jingħad dwar l-isptar speċjalizzat tal-onkoloġija. Kien ukoll taħt amministrazzjoni Nazzjonalista li ċerti mediċini għall-kura tal-breast cancer bdew jingħataw għall-ewwel darba b’xejn lill-pazjenti.

Preżentement qed jerġa jkun il-PN, mill-Oppożizzjoni, li qed jagħmel proposti ċari ta’ kif tista’ tittaffa it-tbatija lil dawn il-morda u għalhekk qed jintrabat li meta jkun fil-Gvern, il-morda bil-kanċer mhux se jibqgħu jirrikorru għand il-Community Chest Fund, iżda se jibdew jingħataw direttament u bla ħlas, il-mediċini li jkunu jeħtieġu.