Dalgħodu anzjan ta’ 68 sena mill-Floriana weġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ żewġ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq sellum f’residenza fi triq Santa Luċija fil-Belt Valletta.
Jirriżulta li r-raġel, fetaħ is-sellum, u tela’ fuqu biex jagħmel xi xogħol, kien f’dan il-mument li l-anzjan għal xi raġuni waqa’ minn għoli ta’ żewġ sulari.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili ħarġu lill-anzjan mir-residenza, waqt li fuq il-post waslu wkoll Pulizija mill-Għassa tal-Belt li qed jinvetigaw dan l-inċident.
L-anzjan ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
//= $special ?>