Il-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tat-Tabakk (Tobacco Industry Advisory Council) jemmen li t-tipjip fil-karozzi fil-preżenza ta’ minuri joħloq periklu li għandu jkun indirizzat. F’dan il-kuntest, l-inizzjattiva li tħabbret mill-Ministeru tas-Saħħa, li twaqqaf it-tipjip f’vetturi bit-tfal, għandha l-appoġġ sħiħ ta’ dan il-Kunsill.
Il-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tat-Tabakk jemmen li koperazzjoni kontinwa mal-awtoritajiet tas-saħħa għandha tiżgura li s-suq jitmexxa b’mod tajjeb.
Il-Kunsill jaqbel bis-sħiħ mal-programmi tal-Gvern għall-Prevenzjoni tat-Tipjip miż-Żgħażagħ (Youth Smoking Prevention programmes), għaliex dawn jirriflettu t-twemmin li l-għażla, jekk wieħed għandux ipejjep jew le, għandha ssir minn persuni adulti fil-libertà kollha u mingħajr impediment.
//= $special ?>