Il-midfielder ta’ Hibernians Bjorn Kristensen huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Settembru 2016.
Il-plejer internazzjonali Malti skurja l-aktar gowl importanti fit-93 minuta fir-rebħa ta’ 2-1 ta’ Hibernians fuq Pembroke meta kompla b’daqqa ta’ ras il-free-kick ta’ Failla. Fl-istess partita, Kristensen kien il-moħħ wara l-ewwel gowl tal-Hibs meta avvanza bil-ballun min-nofs il-grawnd u qassam b’mod perfett lis-sostitut Varea li b’xutt mill-angolu għeleb lil Muscat.
Il-kombinazzjoni Kristensen-Failla kienet evidenti wkoll aktar kmieni matul ix-xahar fir-rebħa ta’ 3-1 ta’ Hibs fuq Mosta. Eżatt qabel is-siegħa logħob, Bjorn Kristensen daħal b’saħħa fil-kaxxa u ssorprenda lid-difiża ta’ Mosta biex b’daqqa ta’ ras skorja l-free-kick perfett ta’ Failla.
Marica Ellul, il-Maniġer tal-Fergħa ta’ Paola tal-Bank of Valletta ppreżentat it-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Settembru 2016 lil Kristensen waqt ‘dress down day’ tal-BOV b’risq il-kmapanja Pink October. Kristensen għażel lil ALS Malta biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.
//= $special ?>