Internazzjonali

Aġġornata: Evakwazzjoni urġenti minn Ajruport f’Londra

L-ajruport ilbieraħ tard bil-lejl ikkonferma li issa l-ajruport reġa fetaħ, madanakollu informa lill-passiġieri li jaf ikun hemm titjiriet li ma jimxux mal-ħinijiet pjanat.

Aktar kmieni;

Ilbieraħ l-ajruport lejn il-Lvant ta’ Londra, fl-Ingilterra, spiċċa evakwat min-nies minħabba inċident li kien jinvolvi ammont ta’ kimika.

Kelliema għall-Fire Brigade ta’ Londra qalu li madwar 500 persuna kienu sfurzati jitilqu mil-London City Airport wara li xi passiġġieri ħassewhom ma jifilħux.

Is-servizzi tal-ambulanza qalu li qed jieħdu ħsieb il-pazjenti fis-sit, bl-iskwadri għall-emerġenzi jsostnu li kellhom l-għodda speċjali biex jitrattaw l-inċidenti li jinvolvu l-kimika.

L-evakwazzjoni tan-nies miz-zona saret malli kienet attivata allarm fl-ajruport, bl-investigazzjoni għadhom għaddejjin.