Lokali

Joħroġ għax-xogħol u jaqla’ daqqiet ta’ ponn u oġġett iebes

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sitta u kwart żagħżugħ ta’ 28 sena ħareġ mid-dar f’Ħ’Attard u f’dak il-ħin allegatament ġie aggredit minn tliet persuni.

Jirriżulta li fil-mument li ż-żagħżugħ kien se jidħol fil-karozza tiegħu, l-irġiel marru fuqu tawh daqqiet bil-ponn kif ukoll b’oġġett iebes.

Iż-żagħżugħ irnexxielu jaħrab lejn id-dar tiegħu u talab għall-assistenza tal-Pulizija. Ir-raġel ittieħed fiċ-Ċentru tas-Saħħa għall-kura medika. Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhux magħrufa.

L-irġiel li allegatament attakk iż-żagħżugħ ħarbu minn fuq il-post.

Bil-każ, il-Pulizija infurmat lill-Maġistrat tal-Għassa Anthony Vella li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Ritratti : facebook

attakk hattard

attakk attard