Internazzjonali

Kontra-attakk mill-ISIS f’Kirkuk

It-terroristi tal-ISIS wettqu kontra-attakk feroċi f’zona lejn it-Tramuntana tal-Iraq, fejn qatlu mal-20 persuna fil-belt ta’ Kirkuk u l-madwar.
L-ISIS attakkaw il-bini tal-Gvern fl-inħawi fejn tilfu ħajjithom almenu sitt uffiċjali tal-pulizija.
L-inkwiet fiz-zona ta’ Kirkuk seħħ meta l-qawwiet tal-Gvern Iraqi u l-alleati Kurdi jinsabu għaddejjin b’offensiva kbira fuq il-belt ta’ Mosul, li hi ‘l-kapitali tal-ISIS’ fl-Iraq. Mosul jinsab lejn il-Grigal ta’ Kirkuk, li hi belt multi-etnika u li ilha s-snin punt ta’ diżgwid bejn il-Gvern Iraqi ċentrali u l-Kurdi.