Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni tat-Talbot & Bons Live Music Marathon, mill-ġdid Talbot & Bons ingħaqdu ma’ Entertainment.com.mt biex iwasslu t-tieni edizzjoni ta’ din il-maratona, din is-sena b’60 siegħa ta’ mużika live mingħajr waqfien. Matul dan il-weekend se jkun hemm 60 artist jew grupp, li bdew mil-lum waranofsinhar sa nofsillejl tal-Ħadd li ġej.
Fost il-ġeneri ta’ mużika minn spektrum vast hemm soft acoustic duos, baned tal-jazz u baned tas-soft rock. It-tim bħalissa qed jgħaqqad l-aħħar dettalji tal-iskeda allura artisti li jixtiequ jieħdu sehem u jdoqqu jew ikantaw waqt il-maratona jistgħu jikkuntattjaw lil Christian Borg jew lil Stephanie Camilleri billi jibagħtu email lil info@entertainment.com.mt.
Fost l-ismijiet kbar li diġà taw l-impenn tagħhom li ser jieħdu sehem hemm Pamela Bezzina, Claudia Faniello, Nadine Axisa, Rachel Fabri, Sandrina & Keith minn Skarlet, Gianluca Bezzina, Domnic Galea, Paul Giordimaina u Vinny Vella Jr.
Donazzjonijiet se jkunu qed jinġabru tul il-maratona jew b’SMS fuq 5061-7312 (€2.33), 5061-7915 (€4.66) and 5061-9245 (€11.65).
Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jżur www.entertainment.com.mt/mymusicmystory.
//= $special ?>