Hekk kif qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Gvern ta’ Muscat dwar it-tanker tal-gass, il-Ġimgħa filgħodu, diversi residenti ta’ Marsaxlokk bdew jistaqsu dwar vapur ieħor li deher mal-jetty tal-Power Station – Il-vapur San Porfyrios. Dan il-vapur daħal fil-port ta’ Marsaxlokk u deher għall-ħabta tat-8 ta’ filgħodu, ftit wara t-tlugħ tax-xemx.
Mhux maghruf ezatt x’se jkun qed isir b’dan il-gebel, b’sorsi differenti jindikaw li jew jitpoġġa mal-jetty fejn se jkun ankrat it-tanker tal-gass Armada LNG Mediterrana, jew inkella jitpogga fejn il-jetty titqabbad mal-art. . Dan jkompli jzid il-mistoqsijiet u dubji dwar l-operat ta’ dan it-tanker hekk kif minkejja li l-Ministru Konrad Mizzi qed jgħid li ma hemmx problemi aktar ma jgħaddu ġranet, aktar qed tizdied il-konvinzjoni li l-Gvern qed jiffaċċja sfidi biex jankra dan it-tanker fuq l-istorm moorings.
Dan il-punt tqajjem mill-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista u esperta tal-liġi marittima Ann Fenech waqt konferenza tal-aħbarijiet nhar it-Tlieta.

It-tanker tal-gass – li ddaħħal l-ewwel darba f’pajjiżna għaxart ijiem ilu – hu kbir daqs tliet grawnds tal-futbol u fih se jkun qed jaħżen 140,000 metru kubu LNG.
Kien biss wara konferenza stampa fejn il-Partit Nazzjonalista reġa saħaq li kien għadu ma ġie ppublikat ebda rapport marbut ma dan il-proġett minkejja li bdiet is-suppost konsultazzjoni pubblika, li l-għada, ġew ippublikati 350 rapport li jikkonsistu fi 12,000 paġna ta’ informazzjoni. . Fatt li wassal biex il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jinsisti illi għal estensjoni tal-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li tmur oltre it-30 ġurnata li stabbilixxa l-Gvern, u dan biex kulħadd ikollu l-opportunita` illi jara d-dokumenti, jifhem il-kontenut tagħhom u jingħataw it-tweġibiet fuq id-diversi mistoqsijiet illi qegħdin iqumu dwar is-sigurta`. Fil-fatt Simon Busuttil diġà impenja ruħu li gvern ġdid Nazzjonalista joħroġ it-tanker tal-gass ‘il barra mill-kosta f’każ ta’ riskju.
Il-Partit Nazzjonalista qiegħed bħall-issa jeżamina u jixtar bir-reqqa l-kontenut ta’ dawn id-dokumenti sabiex jkun jista jasal għall-konklużjonijiet studjati.
//= $special ?>
