Futbol Sport

Arsene Wenger irid jiċċelebra għeluq sninu bi 3 punti

Il-kowċ tal-Arsenal, Arsene Wenger, saħaq li illum ikun kuntent biss ġaladarba l-Gunners jirnexxielhom jakkwistaw it-3 punti kontra l-Middlesbrough.

Dan hekk kif b’rebħa l-Arsenal jistgħu jitilgħu waħedhom fil-quċċata tal-Kampjonat Ingliż proprju f’għeluq is-67 sena tal-kowċ Franċiż.

Meta mistoqsi jekk hux ser jagħmel festin għal din l-okkażjoni, huwa insista li l-ewwel jiġi r-riżultat, u wara jaraw jiċċelebrawx din il-ġurnata jew le.

 
Minkejja li l-iSmoggies m’humiex għaddejin minn vena tajba, Wenger faħħar ħafna l-attakk tal-Middlesbrough, hekk kif fost oħrajn l-ex Manchester City u Valencia, Alvaro Negredo, żgur li ser ikun għadma iebsa għal-lasti ta’ Petr Cech.

30 July 2016 - Pre-Season Friendly - Aston Villa v Middlesbrough - Alvaro Negredo of Middlesbrough - Photo: Marc Atkins / Offside.