Futbol Sport

B’Kara jfittxu kontinwitá kontra Gżira United

Wara li rebħu d-derby u kontra l-leaders tal-Kampjonat Premier Balzan bl-iskor ta’ 3-0, B’Kara ta’ Drasen Besek qed iħarsu lejn kontinwità li tirrifletti tassew dak li ħafna qed jgħidu dwarhom – B’Kara t-tim tal-mument. Illum, fit-3pm fil-Hibernians Stadium jilgħabu kontra Gżira United, b’dawn tal-aħħar ġejjin minn telfa kontra ċ-champion Valletta.

Segwi dan is-servizz dettaljat li jwassal dettalji u intervisti qabel il-partita tal-lum bejn Gżira United u B’Kara. Dan is-servizz deher f’Replay Preview tal-bieraħ filgħaxija:

Kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija, waqt il-programm Replay Preview qed ikun hemm servizzi dwar il-partiti kollha li jkunu se jintlagħabu fit-tmiem il-ġimgħa, mhux biss mill-Kampjonat Premier iżda anke mid-diviżjonijiet l-oħra rispettivi. Tistgħu ssegwu servizzi oħra preċidenti permezz tal-paġna ta’ Replay fuq Facebook. Il-programm Replay Preview jitwassal bl-appoġġ ta’ numru ta’ sponsors li huma: Videoslots.com, Cheeky Monkey Gastropub tal-Qawra, Konica Minolta, Lannutti u Jet Freight, Weetabix Protein, Malta Football Players Association, Optica u Dizz Group of Companies.

Ritratt ta’ Christine Borg.