Lokali

Għaddasa titlef ħajjitha waqt li kienet qed tgħodos f’Għawdex

Ġermaniża tilfet ħajjitha traġikament waqt li kienet qed tgħodos f’Għawdex.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11am wara li l-vittma ta’ 48 sena spiċċat f’diffikulta waqt li kienet qed tgħodos flimkien ma’ grupp fiż-żona magħrufa bħala Ras ir-Reqqa, fl-inħawi ta’ Marsalforn.

Fuq il-post ssejħet minnufih l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Hija ittieħdet permezz ta’ ambulanza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura madanakollu l-mara ġiet ċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Din hija t-tieni mewta traġika li seħħet fl-ibħra Għawdxin f’inqas minn ġimgħa, wara li 3 ijiem ilu Ludovick Casha, ta’ 27 sena, tilef ħajtu waqt li kien qiegħed jgħodos fid-Dwejra.