Ġuvni ta’ 21 sena ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur fi Triq Aldo Moro, il-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-03.50 ta’ filgħodu.
Il-ġuvni residenti Ħal Tarxien li kien qed isuq mutur tal-għamla Piaggio Aprila ttieħed l-isptar Mater Dei għal kura permezz t’ambulanza li waslet fuq il-post ftit tal-ħin wara.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>