Kunsilli Lokali Lokali

Il-Bormliżi jiġbdu l-attenzjoni tal-kunsill dwar il-problemi u s-Sindku tgħidilhom li aħjar imiddu jdejhom

Grupp fuq il-midja soċjali ta’ Facebook jinsab perpless bl-atitudni tas-Sindku ta’ Bormla, Alison Zerafa Civelli.

Dan wara li Bormliż staqsa fuq il-midja soċjali kif il-Bieb ta’ Santa Liena m’għadux jinxtegħel.

borm2

Huwa appella lill-pubbliku sabiex ixerdu dan il-kumment hekk kif allegatament lanqas il-kunsill lokali ma’ beda jgħatih widen. Madanakollu fil-pront is-Sindku tal-lokal, Alison Zerafa Civelli, ikkumentat sabiex min irid jara lil Bormla aħjar irid “imidd idu” minflok jaqbad il-mowbajl u “joqgħod itektek u jippostja għalxejn!”.

Bosta Bormliżi w utenti tal-midja soċjali, membri fil-grupp ‘Friends of Cottonera Forum’ saħqu li jekk issa wasalna f’punt li ċ-ċittadini jridu jirranġaw l-affarijiet fl-irħula mela post il-kunsill lokali wasal fi tmiemu.

Kif ukoll ħaddieħor insista li din ir-reazzjoni mingħand is-Sindku Zerafa Civelli qatt ma pretenduha.

borm1

borm6

borm3