Futbol Sport

Jake Tanti u Fredrick Buhagiar jibdlu l-klabbs

Iż-żewġ gowlkipers żgħażagħ promettenti Jake Tanti u Fredrick Buhagiar se jibdew esperjenza ġdida hekk kif iż-żewġ plejers bidlu l-klabbs tagħhom. Jake Tanti ġie akkwistat b’mod uffiċjali minn San Ġiljan, bil-plejer jiffirma l-kuntratt fil-preżenza tal-president ta’ San Ġiljan Dr. Daniel Aquilina.

Kawża ta’ dan it-trasferiment, l-ispazju ta’ Buhagiar mal-klabb Ġiljaniż kompla jonqos biex intlaħaq ftehim u Buhagiar jinħall minn mal-klabb u jingħaqad mal-eksklabb ta’ Tanti, jiġifieri Neptunes. L-akkwist ta’ Tanti ma’ San Ġiljan hu sinjal ieħor tal-ħsieb tal-klabb li jibbaża aktar fuq il-plejers żgħażagħ, wara li ġimgħat ilu tliet plejers żgħażagħ bdew esperjenza barra minn Malta.