It-tim nazzjonali Malti tar-Rugby kiseb l-akbar rebħa f’16-il sena, meta fl-ewwel logħba tar-Rugby Europe Championship Conference 1 South għeleb lil Andorra 63-15 f’Andorra la Vella.
Kien James Morris li b’żewġ penalties fl-ewwel ħames minuti fetaħ vantaġġ ta’ sitt gowls. Penalty għal Andorra naqqas id-distakk, iżda erba’ tries u tliet conversions wasslu lit-tim ta’ Damian Neill biex jidħol jistrieħ 32-3 fil-vantaġġ.
It-tim Malti kompla jiddomina l-konfront u rnexxilhom jkabbru l-iskor għal 51-3 sal-ewwel tmien minuti tat-tieni taqsima, b’żewġ tries ta’ James Kirk, żewġ converstions ta’ James Morris u try ieħor ta’ Daniel Apsee.
L-Andorra naqsu d-distakk b’żewġ tries tries u conversion, iżda t-tim Malti baqa’ jiskurja sal-aħħar bi try ta’ Luke Watts u conversion ta’ James Morris għal skor finali ta’ 63-15.
It-tim Malti jilgħab il-logħba li jmiss is-Sibt li ġej kontra Ċipru fil-Hibernians Stadium.
//= $special ?>