Aktar minn 43 sena llu, Gżira United rebħu l-itwal FA Trophy fl-istorja għall-ispejjez ta’ B’Kara meta mat-tielet partita, wara tnejn li ntemmu fid-draw ta’ 0-0, il-maroons rebħu 2-0. Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija u lejliet il-partita bejn Gżira u B’Kara fil-Kampjonat Premier, xandar servizz speċjali li jirrakonta jum l-10 ta’ Ġunju tal-1973, b’intervista ma’ Eric Schembri li dak in-nhar kien plejer ta’ Gżira.
Tista’ ssegwi dan is-servizz speċjali permezz ta’ dan l-artiklu u l-paġna ta’ Replay fuq Facebook:
Kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija, waqt il-programm Replay Preview qed ikun hemm servizzi ta’ dan it-tip mill-passat f’programm interessanti u mimmli servizzi attwali u mill-passat, kollha b’rabta mal-futbol Malti. Tistgħu ssegwu servizzi oħra preċidenti permezz tal-paġna ta’ Replay fuq Facebook. Il-programm Replay Preview jitwassal bl-appoġġ ta’ numru ta’ sponsors li huma: Videoslots.com, Cheeky Monkey Gastropub tal-Qawra, Konica Minolta, Lannutti u Jet Freight, Weetabix Protein, Malta Football Players Association, Optica u Dizz Group of Companies.
//= $special ?>