Kurżitajiet

Mara li kienet qed iġġor ras ta’ skeletru twassal lill-Pulizija għal sejba makabra

Residenti fl-Istat ta’ Kalifornja, preċiżament f’Sacramento, ħadu sorpriża mhux mistennija hekk kif mara bla saqaf fuq rasha ntlemħet tħuf fit-toroq bi kranju uman mwaħħal ma’ bastun.

Għalkemm il-każ seħħ ftit jiem biss qabel il-festi ta’ Halloween, l-Awtoritajiet Amerikani speċifikaw li din żgur ma kinetx xi ċajta goffa.

Dan hekk kif din il-proxxmu ħadet lill-uffiċjali tal-Pulizija f’residenza abbandunata, fejn indikatilhom fejn sabet din ir-ras ta’ bniedem.

Bil-gwida kawta u timida tal-mara, il-Pulizija sabu ġisem ta’ bniedem fi stat qawwi ta dekompożizzjoni.

Sadanittant l-Awtortitajiet mistennija joħorġu r-riżultat tal-awtopsja sabiex jaċċertaw x’kienet il-kawża tal-mewt tal-vittma.