Futbol Lokali Sport

Petizzjoni kontra l-isfruttar sfaċċat tat-tfal fil-futbol Malti

B’reazzjoni għal x’intqal waqt il-programm tal-Ġimgħa filgħaxija, Xarabank, fi stqarrija l-Assoċazzjoni tal-plejers tal-futbol Maltin saħqet li t-tfal qed jiġu sfruttati bl-aktar mod sfaċċat għal skopijiet finanzjarji.

Sabiex tfajjel jiċċaqlaq minn klabb għal ieħor huma spjegaw li ġeneralment l-ġenituri jew min ikun qiegħed jieħu ħsiebhom, ikunu jridu jħalsu somma sostanzjali li taf tilħaq l-eluf ta’ ewro.

L-MFPA insistiet tgħid li f’dan il-qasam bħalissa l-libertà tat-tfal għandha prezz, anke’ jekk ikunu mdejqin jew ma jkunux qiegħdin jilgħabu b’mod regolari.

Dan kollu jissejjaħ miżata ta’ kumpens għan-nurseries, li tiġi mħalsa apparti fost diversi flejjes li jintefqu sabiex, fost oħrajn, jinxtara l-kit komplut tat-tim.

Għaldaqstant, l-MFPA fetħet petizzjoni sabiex din l-esplojatzzjoni tat-tfal fil-futbol Malti tieqaf darba għal dejjem.