Lokali

Raġel jaqa’ 3 sulari għal isfel fil-Belt Valletta

Raġel mill-Belt Valletta kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ mgħola 3 sulari għal isfel.

Il-każ seħħ fl-istess lokalità għall-ħabta tal-5pm meta għal xi raġuni mhux magħrufa spiċċa waqa’ 3 sulari f’residenza fi Triq San Nikola.

Fuq il-post issejħet immedjatament għall-ambulanza sabiex il-vittma ta’ 32 sena ittieħed l-isptar għal aktar kura.

Huwa ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.