Internazzjonali

Sigurtà akbar madwar it-trasport ta’ Londra

cc by-nc-nd Bruno Monginoux www.photo-paysage.com & www.landscape-photo.net

F’Londra żdiedet is-sigurtà madwar in-network tat-trasport wara l-arrest ta’ raġel b’konnessjoni mas-sejba ta’ oġġett suspettuż fuq ferrovija li kienet qed tħaddem servizz mit-Tube.

Is-suspettat, li għandu 19 il-sena, kien arrestat minn pulizija armata f’Holloway Road, fit-Tramuntana ta’ Londra, fost rapporti li kellu jintuża taser waqt l-arrest.
L-oġġett suspettat, li nstab minn membru tal-pubbliku fl-istazzjon ta’ North Greenwich, spiċċa suġġett għal splużjoni kkontrollata, bir-raġel suspettat jittieħed lejn għassa f’Londra fejn kien għadu qed jinżamm sallum,

Il-passiġġieri li qed jużaw it-trasport pubbliku f’Londra ngħataw twissija li se jaraw preżenza akbar ta’ pulizija armata fil-hubs prinċipali. Dan waqt li l-Pulizija tal-British Transport tinsab għaddejja bir-ronda tas-soltu fl-Underground u fl-istazzjonijiet tal-ferrovija fil-kapitali tar-Renju Unit