Lokali Sport

Waħda mill-akbar tiġrijiet tal-jottijiet tingħata bidu illum f’Malta

Fi tmiem din il-ġimgħa l-Belt Valletta ser tilqa’ t-tiġrija annwali tal-qlugħ.

Dan hekk kif illum, fil-Port il-Kbir, ser jingħata bidu għar-Rolex Middle Sea Race, komplut bis-salut tal-bidu mill-kanuni tal-Barrakka ta’ Fuq.
Bħal kull sena, din is-37 edizzjoni, ser tieħu lill-kompetituri fuq traġitt lejn l-Istrett ta’ Messina, madwar il-kosta ta’ Stromboli u diversi gżejjer Sqallin, sabiex jerħewlha lejn Pantellerija u lura lejn Malta s-Sibt 29 ta’ Ottubru.

Għal din l-edizzjoni aktar minn 110 jott minn 25 pajjiżi differenti ser ikunu qiegħdin jieħdu sehem, fosthom 8 li ser ikunu qiegħdin itajru l-bandiera Maltija.
Dan kollu jingħata bidu illum, fil-11am fil-Port il-Kbir.