Hillary Clinton qalet li tant xebgħat bl-aġir ta’ Donald Trump li ma jimpurtaħix aktar minn dak li jgħid u minflok se tikkonċentra fuq dak li trid tagħmel jekk eletta.
Clinton stqarret li kellha erba’ siegħat u nofs ta’ dibattitu ma’ Trump u dan kien aktar milli biżżejjed.
Hi qalet dan lil ġurnalisti waqt li kienet qed tivjaġġa minn post għall-ieħor fil-kampanja elettorali tagħha.
Bi ftit aktar minn ġimgħatejn għall-elezzjoni, ħafna mill-attenżjoni tal-kampanja kienet aktar fuq kontroversji marbuta ma’ Trump. Dan hekk kif komplew ifeġġu aktar nisa li jsostnu li kienu vittma ta’ fastidju sesswali minn Trump.
Clinton tgħid li xebgħat b’Trump
