Hemm preżenza qawwija tal-forzi tas-sigurta fil-port Franċiż ta’ Calais hekk kif it-Tnejn għandu jibda jinqered dak li hu magħruf bħala ‘l-Ġungla ta’ Calais’.
Fil-kamp hu stmat li hemm tal-anqas 10,000 immigrant u l-awtoritajiet Franċiżi qed jistennew l-inkwiet.
L-għeluq ta’ dan il-kamp mistenni jdum ġimgħa u Bernard Cazeneuve, il-Ministru tal-Intern Franċiż, wiegħed li dawk li hemm fil-kamp se jingħataw kenn dinjituż. Dawn li hemm fil-kamp se jitqassmu f’kampijiet madwar Franza.
Fi tmiem il-ġimgħa diġa kien hemm l-inkwiet bi pulizija jisparaw il-gass tad-dmugħ wara li spiċċaw fil-mira ta’ attakki bi flixken u affarijiet oħra fil-periferiji tal-kamp. Gruppi li jaħdmu mal-immigranti f’Calais qed jikkalkolaw li hemm tal-anqas 2,000 persuna fil-kamp li mhux se jitilqu għaliex huma determinati li jmorru r-Renju Unit.
Illestu biex ineħħu ‘l-Ġungla ta’ Calais’
