Lokali

Indħil minn Kastilja biex jitmewtu l-investigazzjonijiet dwar l-iskandlu tal-visas

il-mument tiżvela dawl ġdid fuq dak li wassal biex ma tressaq ħadd quddiem il-Qorti b’rabta mal-abbużi fil-ħruġ ta’ visas lil Libjani hekk kif ma’ il-mument jitkellmu investigaturi tal-Korp tal-Pulizija u sorsi fis-Servizz Sigriet Malti

Investigaturi fil-Korp tal-Pulizija u sorsi fis-Servizz Sigriet Malti (MSS) stqarrew ma’ il-mument li huma tassew diżappuntati li x-xogħol kollu li sar b’rabta mal-ħruġ ta’ visas minn persuni fi ħdan il-Korp Diplomatiku Malti ma wassal għal xejn u ma wassalx biex persuna jew aktar jitressqu l-Qorti akkużati b’reati serji ħafna.

“Mhux għaliex ix-xogħol ma ħadniehx bis-serjetà. Mhux għaliex ma interrogajniex persuni, fosthom persuni partikulari fil-Korp Diplomatiku Malti. Mhux għaliex ma għamilniex investigazzjonijiet u indaġni f’ħafna dettall, inkluż f’kontijiet bankarji. U lanqas għaliex l-investigazzjonijiet, minkejja l-limitazzjonijiet tar-riżorsi umani, ma sarux bl-aktar mod professjonali.

“Imma sempliċement għaliex meta l-investigazzjonijiet bdew jieħdu ċerta rotta u ċerta direzzjoni u bdew jippuntaw lejn ċerti persuni influwenti fil-Korp Diplomatiku Malti – naturalment persuni involuti direttament fir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Libja… u bi snin twal ta’ kuntatti f’dan il-kamp… minn fuq intbagħat messaġġ biex ma nibqgħux għaddejjin bil-ħidma li konna qed nagħmlu.”

Aktar fil-gazzetta il-mument