Internazzjonali

Jinħelsu priġuniera barranin f’idejn l-ISIS fil-Libja

Il-forzi tal-Gvern Libjan li qed jiġġieldu kontra l-ISIS f’Sirte rnexxielhom jeħilsu numru ta’ priġuniera barranin li kienu f’idejn il-militanti Iżlamiċi.
Minn idejn l-ISIS fost l-oħrajn nħelsu 11-il mara mill-Eritreja kif ukoll raġel Tork u ieħor Eġizzjan.
Il-ġlied ilu sejjer sitt xhur u l-forzi tal-Gvern qed ikunu appoġġjati mill-Istati Uniti b’attakki mill-ajru. Filwaqt li tul dawn l-aħħar sitt xhur it-truppi Libjani għamlu avvanżi kbar u qed jikkontrollaw parti kbira mill-belt, l-ISIS għadhom qed jirreżistu f’partijiet ta’ Sirte.