It-tanker tal-gass LNG Armanda Mediterrana mistenni jieħu mill-anqas xahar u nofs ieħor biex ikun f’pożizzjoni li jitħaddem, u dan jekk ma jinqalgħux aktar problemi.
Il-gazzetta il-mument żvelat li dan hekk kif fl-aħħar jiem inqalgħu kumplikazzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-proċess biex ikun ankrat fil-bajja ta’ Marsaxlokk. Riżultat ta’ dawn il-problemi, intefgħu wkoll lura sensiela ta’ testijiet li għad iridu jsiru fuq it-tanker.
Minn manuvri li saru dan l-aħħar bit-tanker tal-gass LNG Armada Mediterrana rriżulta li m’hemmx garanzija li f’dan l-istadju t-tanker ikun ankrat b’mod sigur fil-bajja ta’ Marsaxlokk.
B’kollox iridu jintużaw tmien ankri biex it-tanker jinżamm b’mod sigur; erbgħa fuq quddiem u l-erbgħa l-oħra fuq il-parti ta’ wara. Madankollu sorsi qrib ħafna x-xogħol li qiegħed isir b’rabta mat-tanker tal-gass qalu lil il-mument li mill-manuvri li saru dan l-aħħar kien hemm ankri li kienu qed jispiċċaw f’zona taflija, u għaldaqstant ma qabdux.
Is-sorsi li tkellmu ma’ il-mument ikkonfermaw li “is-sidien tal-tanker qegħdin jinsistu li jingħataw l-assigurazzjoni u ċ-ċertezza mingħand dawk kollha konċernati dwar is-sigurtà tat-tanker fil-mument li jkun ankrat fil-bajja ta’ Marsaxlokk.”
Aktar fil-gazzetta il-mument
//= $special ?>