Illum ftit għadhom jemmnu lill-Prim Ministru, kull meta jitkellem, il-poplu jistaqsi “fejn hi l-ħadma?” u dwar il-materja tal-enerġija, il-poplu se jiġġudika liema partit għandu l-aħjar proposti.
Sostna dan il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem id-diskors ta’ replika dwar il-budget.
Dan kien Budget bla viżjoni għax jonqos milli jgħidilna fejn dan il-Gvern irid jieħu l-pajjiż. Dan kien Budget li ma jaħsibx għall-futur. Dan il-Budget ma jgħidilniex x’inhuma l-isfidi għal pajjiżna u kif nistgħu negħlbuhom.
F’budget li bl-iktar mod kożmetiku ġie msejjaħ bħala budget soċjali, il-Gvern żied l-ispiża soċjali bi 23 miljun ewro biss – inqas minn kemm qed jagħti sussidju lis-sistema ta’ trasport pubbliku li falliet.
Jekk quddiem l-iskandlu tal-Panama, la rriżenja l-Ministru Konrad Mizzi u lanqas irriżenja ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, allura l-problema ma tibqax dawn it-tnejn, iżda l-problema ssir il-Prim Ministru.
L-akbar diżappunt tal-Budget kien li baqa’ ma wasalx it-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl li kienu ilhom jistennew il-korpi kostitwiti, bħall-GRTU, il-Kamra tal-Kummerċ u oħrajn.
Gvern ġdid Nazzjonalista jirtira l-garanzija ta’ 360 miljun ewro mill-Electrogas u minflok, joħloq l-akbar skema ta’ garanziji għal kulmin għandu idea tajba biex iwaqqaf negozju.
Għad għandna ċans insalvaw iż-Żonqor. Għalhekk, l-appell lir-Rettur tal-Università tal-Ġordaniżi biex jikkunsidra serjament li ma jiżviluppax l-art verġni fiż-Żonqor waqt li kien qed jindirizza t-tema tal-Edukazzjoni fir-reazzjoni għall-Budget
//= $special ?>