Lokali

KONTINWAMENT AĠĠORNATA B’FILMAT TAL-KRAXX: Ħamsa mejta wara li kkraxxja ajruplan viċin ir-runway fl-Ajruport

FILMAT TAL-AJRUPLAN JIKKRAXXJA:

Ħames persuni tilfu ħajjithom f’inċident li fih kkraxxja ajruplan privat waqt li kien qed jinqata mill-art. Sa issa, kollox jindika li l-vittmi huma kollha barranin. L-ajruplan, li huwa reġistrat fl-Istati Uniti, kien mikri lill-Gvern Franċiż. L-ajruplan, meta kkonvertit għal ajruplan tal-passiġġieri, seta’ jgħabbi 19-il persuna, minbarra l-membri tal-ekwipaġġ.

IMG_3048

Skont is-sit independent.co.uk, fost il-vittmi hemm ukoll uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Screen Shot 2016-10-24 at 09.25.38

Dan l-ajruplan privat ikkraxxja ftit sekondi wara li nqata’ minn mal-art, meta nstema’ ħoss kbir.

Dawk fil-post u li tkellmu ma’ netnews.com.mt qalu li raw l-ajruplan jiskiddja fil-ħaxix tar-runway u baqa’ sejjer sat-triq li fiha jkun hemm diversi dilettanti tal-ajruplani jsegwu dak li jkun għaddej. Sa issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident. Skont esperti tal-ajruplani, qalu li l-inċident seħħ hekk kif l-ajruplan kien qed jagħmel l-engine run.

L-informazzjoni li għandu netnews.com.mt tindika li l-awtoritajiet qed jitrattaw dan l-inċident bħala wieħed maġġuri, u għalhekk hu mifhum li t-titjiriet kollha minn u lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta se jkunu ttardjati. Fil-post waslu l-Major Incident Units tal-Isptar Mater Dei, vetturi tal-Protezzjoni Ċivili u mill-anqas 5 ambulanzi. Deher ukoll ħelikopter fl-inħawi. It-triq ta’ Ħal Luqa tinsab magħluqa għat-traffiku.

IMG_1630

Fi tweet, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea Federica Mogherini qalet li l-ajruplan ma kienx relatat ma xi operazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Fi stqarrija, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kkonferma li l-ajruport jinsab magħluq. L-Ajruport qal ukoll li l-ajruplan hu Fairchild Metroliner bin-numru ta’ reġistrazzjoni N577MX. Fil-post hemm numru ta’ psikoloġisti li qed joffru l-assistenza lil passiġġieri li fil-ħin tal-inċident kienu fuq ir-runway u raw l-inċident iseħħ quddiemhom. Aktar informazzjoni malli tidħlilna.

IMG_1635