Il-Prim Ministru Joseph Muscat ddikjara fil-parlament ftit minuti ilu li Malta tinsab f’żona perikoluża ħafna.
Din id-dikjarazzjoni l-Prim Ministru għamilha meta kien wieġeb mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni wara li l-Ministru tal-Intrern Carmelo Abela għamel stqarrija ministerjali dwar il-waqa’ tal-ajruplan Franċiż. Il-Gvern u l-Oppożizzjoni ingħaqdu flimkien bei xtaw il-kondoljanzi lill-poplu Franċiż dwar dan l-inċident.
Il-Ministru Carmela Abela qal li bħalissa għaddejjin numru ta’ inkjesti dwar il-każ skont ir-regoli lokali u internazzjonali. Hu kompla li l-ewwel osservazzjonijiet u mill-filmati jidher li ma kien hemm l-ebda splużjoni qabel l-ajruplan ħabat mal-ajrurplan. X’aktarx li l-ajruplan żviluppa ħsarat tekniċi u ġġarraf. Dan għad irrid ikun konfermat mill-investigazzjonijiet. Il-fdalijiet tal-persuni instabu kollha. It-titjira kellha l-iskop li itkkonrolla t-traffikar tal-bnedmin u tad-drogi. It-titjira kienet reġistrata bħala waħa lokali u kellha iddum biss ftit siegħat u ma kellha tinżel fl-ebda pajjiż ieħor.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ppropona minuta silenzju u wara li din intemmet qal li kien jistenna li stqarrija bħala din dwar traġedja ta’ materja nazzjonali kellha isir mill-Prim Ministru. Kont nistenna li l-Pirm Ministru jikkomunika miegħu kif inhi prassi f’demokrazija normali iżda dan ma seħħ.x
Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni kellha tirtrieħ fuq il-mezzzi tax-xandir. L-informazzjoni li ta l-Ministru Abela diġa kienet kon tradetta fejn il-Ministeru tal-Finanzi Franċiża ċaħad li d-dwana Fraċiża kienet inovluta. Il-persuni li mietu kienu mill-Ministeru tad-Difiża u għalhekk din ma kinitx operazzjoni tad-dwana iżda operazzjoni militari. Hemm kuoll ċaħda li kien uffiċjlai tal-UE inovluti għalkemm dawn issemmew inizjalment. Il-Ministru Abel reġa’ rrepata informazzjoni li kienet miċħuda. Hu staqsa jkek l-operazzjoni kellhiex il-kunsens tal-Gvern Malti, Malta x’interess kellha f’din l-operazzjoni, għaliex telqet minn Malta, il-Gvern Malti beħsiebu jirrevedi x’qed jagħmel dwar dawn l-operazzjonijiet, għandha tkun eskluża li seta’ kien hemm kull forma ta’ kull attentat, ittieħdux il-miżuri ta’ prekawzjoni biex ikunu protetti n-nies ċivili u jekk il-Gvern hux se jagħmel investigazzjonijiet mal-awtoritajiet Franċiżi.
Il-Viċi-Kap tal-PN Beppe Fenech Adami staqsa jekk il-kaxxa s-sewda kinitx irkuprata u jekk kinx hemm komunikazzjoni mill-bdot mat-Torri tal-Kontroll dwar xi problemi. Hu appella biex l-inkjesti jistabilixxu l-verità kemm jista’ jkun malajr għaliex ħerġin stejjer li qed jikkontrastaw bil-kbir dak li qed jgħid bil-kbir fejn qed jisssemmew missjonijiet ta’ spjunaġġ u nuqqas ta’ informazzjoni dwar id-destinazzjoni tal-ajruplan.
Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li l-Frontex u l-UE ċaħdu l-involviment tagħhom f’din l-operazzjoni iżda l-Ministru Abela qed jibqa’ jgħid li din kienet operazzjoni ta’ traġitt ta’ persuni. Hu staqsa jekk il-gvern kellux informazzjoni eżatta dwar min kienu l-vittmi u x’kien l-iskop tat-titjira. Skont aġenziji tal-media barranin din kienet l-akbar inċident tal-ajru f’Malta tul perjodu ta’ paċi. Mario Galea appella biex il-gvern jagħti l-informazzjoni anki fil-Kumitat Nazzjonali tas-Sigurtà jekk din hi kunfidenzjali.
Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina staqsa jekk jikkunsidraw li tiżdied is-sigurtà mal-parti tat-triq fejn waqa l-ajurplan.
Id-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech rringrazzja lill-membri tas-sigurtà u l-ħaddiema kollha li kienu involtui fil-ħidma immedjata u qal li fil-bidu kien hemm nuqqas ta’ informazzjoni bażika. Hu sostna li hemm bżonn maniġġjar aħjar ta’ informazzjoni.
Id-deputat Marlene Farrugia staqsiet dwar it-testijiet tas-sigurtà f’ajruplani żgħar.
Il-Viċi-Kap tal-PN Mario de Marco staqsa għaliex l-ajurplan ma kellux numri, minn fejn kien ġej, jekk kinx bażat Malta, min kien responsabbli għalal-manutenzjoni tal-ajruplan u jekk hux għaddejjin diskussjonijiet diplomatiċi bejn il-Gvern Malti u dak Franċiż.
Il-Prim Ministur Joseph Muscat qal li l-ispekulazzjoni dwar il-Forntex ma ħarġitx mill-Gvern Malti iżda minn aġenzija tax-xandir lokali li kienu żbaljati. Il-Gvern Malti eskluda li din kienet operazzjoni tal-UE u ma kinx minnu li kienet titjira sejra lejn Misurta. Din kienet klassifikata bħala titjira lokali.
Il-punt delikat hu bejn li joħroġ l-informazzjoni li tista ma tkunx preċiża jekk li joħroġ l-informazzjoni korretta; il-Gvern għażel it-tinei għażla. Il-Gvern ma qlx min huma n-nies abbord jew ta’ min huma impjegati. Il-gvern qal li l-operazzjoni kienet taħt tid-Dwana Franċiża iżda l-gvern ma daħalx fil-mertu jekk kinx hemm impjegati oħra ta’ dipartimenti Franċiżi. L-affraijiet bil-miktub u ċċertifikati juri li kienet operazzjoni taħt id-dwana Franċiża. Il-Gvern Malti qed ikun kollaborattiv ma’ dawk kollha li fil-Mediterran qed jaħdmu kontra t-traffikar tal-persuni. Din hi operazzjoni li ilha ħames xhur bl-iskop li ġġib informazzjoni fuq rotot ta’ traffikar ta’ persuni. L-ebda stqarrija tal-Gvern Fraċiż ma ċaħdet id-dikjarazzjonijiet tal-Gvern Malti u bħalissa ż-żewġ gvernijiet qed jikkollaboraw. Mhux eskluż li jkun hemm investigazzjoni konġunta.
Il-Prim Ministru qal li hu żgur li ma kienx hemm bomba abbord u sostna li l-esperti qed jindikaw l-inċident seħħ minħabba żball jew difett fl-ajruplan iżda ma jidhirx li kien hemem attentati.
//= $special ?>