Lokali

It-tiġrif tal-ajruplan – Ritratti esklussivi miż-żona tat-traġedja

Dawn huma r-ritratti li jixhdu x’inhu qiegħed jiġri preżentament fil-post fejn dalgħodu seħħ it-tiġrif tal-vejikolu tal-ajru.

Dan hekk kif l-investigazzjonijiet għaddejjin ġmielhom sabiex jiġi stabbilit x’setgħa wassal għall-waqgħa tal-“Fairchild Metroliner Mark 3” fejn ħames Franċiżi, fosthom 3 uffiċjali tal-Ministeru tad-Difiża Franċiża, tilfu ħajjithom.

Fl-aħħar ħin il-midja Franċiża qed tgħid li l-vittmi kienu membri tal-DGSE li huma ekwivalenti għall-MI6 tar-Renju Unit u s-CIA tal-Istati Uniti. Fi kliem, il-Franċiżi qed jgħid li dawn kienu “spiji”.