Tlett nisa u sebat irġiel ġew arrestati mit-taqsima tal-Pulizija ta’ kontra d-droga.
Jirriżulta li li wara jiem ta’ osservazzjoni mill-Pulizija u wara tfittxijiet li saru nstabu aktar minn 200 gramma raża tal-kannabis, mal-100 gramma ħaxixa, madwar 70 pillola ecstacy, aktar minn 30 gramma kokaina u mal-€2,000 fi flus kontanti. Ma’ dawn instabu wkoll xi affarijiet li jintużaw għat-traffikar tad-droga.
L-għaxar persuni arrestati għandhom bejn it-18 u l-35 sena.
B’rabta ma’ din is-sejba raġel mill-Peru b’passaport Spanjol, residenti Malta, se jitressaq il-Qorti aktar tard illum.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar l-involviment tal-persuni l-oħra f’din is-sejba ta’ droga.
//= $special ?>