Futbol Sport

David Camilleri…Kompla jilgħab fil-Kampjonat Premier sa 39 sena

L-eks plejer internazzjonali Malti, David Camilleri llum għandu 42 sena. Matul il-karriera tiegħu hu lagħab ma’ diversi klabbs, fosthom Ħamrun Spartans, Sliema Wanderers, M’Xlokk, Hibernians, Valletta u Tarxien Rainbows. Kien jilgħab fir-rwol ta’ plejer f’nofs il-grawnd u bħala plejer prodott ta’ Ħamrun, lejn l-aħħar tal-karriera tiegħu reġa’ lagħab mat-tim ta’ pajjiżu, apparti li qabel irtira mill-futbol milgħub kellu l-opportunitá jilgħab ma’ St. George’s fl-Ewwel Diviżjoni u f’Għawdex. Fost l-unuri mirbuħa, fl-2007/08 rebaħ il-Kampjonat Premier ma’ Valletta. Lagħab 35 darba għal Malta hu baqa’ jilgħab fil-Kampjonat Premier sa 39 sena tant li hu l-aktar plejer Malti li lagħab f’dan il-Kampjonat wara l-gowlkiper Mario Muscat.

Il-ġurnalist sportiv Christian Micallef iltaqa’ ma’ Camilleri fl-istabbiliment popolari fil-Qawra, Cheeky Monkey Gastropub fejn tkelmu dwar diversi temi interessanti f’intervista għall-programm Replay Preview, li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9pm fuq Net Television.

Kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija, waqt il-programm Replay Preview qed ikun hemm intervisti ta’ dawn it-tip fir-rokna ‘X’Sar Minnhom?’. Aktar intervisti li saru fil-programmi preċidenti tistgħu terġgħu ssegwuhom permezz tal-paġna ta’ Replay fuq Facebook. Il-programm Replay Preview jitwassal bl-appoġġ ta’ numru ta’ sponsors li huma: Videoslots.com, Cheeky Monkey Gastropub tal-Qawra, Konica Minolta, Lannutti u Jet Freight, Weetabix Protein, Malta Football Players Association, Optica u Dizz Group of Companies.