Budget 2017 Lokali

FILMAT: Il-Prim Ministru Joseph Muscat jibqa’ ma jgħidx ta’ min hi l-kumpanija ‘Egrant’

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illejla rrifjuta li jgħid ta’ min hi l-kumpanija ‘Egrant’ – waħda mit-tliet kumpaniji sigrieti fil-Panama li nfetħu fl-iskandlu tal-Panama.

Il-kumpanija ‘Hearnville’ infetħet għall-Ministru Konrad Mizzi, filwaqt li l-kumpanija ‘Tillgate’ infetħet għaċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, biex fihom jitfgħu miljun dollaru fis-sena f’commissions. Dan kollu ġie żvelat fil-Panama Papers.

Madanakollu, infetħet ukoll it-tielet kumpanija sigrieta fil-Panama – il-kumpanija ‘Egrant’, li sa issa għadna ma nafux ta’ min hi.

Ilbieraħ, waqt id-diskors tiegħu dwar il-budget fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil staqsa lill-Prim Ministru għaliex qed jibqa’ jiddefendi lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi, u staqsa direttament ta’ min hi l-kumpanija ‘Egrant’.

Il-kumpaniji sigrieti ‘Hearnville’, ‘Tillgate’ u ‘Egrant’ infetħu kollha f’ġimgħa waħda – f’Lulju 2013. Iżda wara sar magħruf li kienet infetħet ukoll ir-raba’ kumpanija – ‘Torbridge’ – kumpanija tal-bniedem li kien involut fin-negozjati ma’ Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi fil-bejgħ tal-Enemalta.

Tags