Lokali

Filmat: Ilhom 4 xhur jistennew biex isolvulhom problema fis-sistema tad-drenaġġ

Residenti ta’ blokka appartamenti tal-gvern ilhom erba’ xhur jistennew biex isewwulhom problema fis-sistema tad-drenaġġ. Il-blokka ta’ appartamenti tinsab f’ Ta’ Ġiorni f’San Ġiljan, fi Triq Bertha K.

Persuna li għandha qariba tagħha tgħix f’wieħed mill-appartamenti qalet li ma jistax ikun li r-residenti jibqgħu jgħixu fir-riħa ta’ drenaġġ. Jirriżulta li bħala residenti ppruvaw jaraw jistgħux isolvu l-problema privatament bejniethom imma l-ispiża hi għolja wisq għalihom.

Minn naħa tal-awtoritajiet qed jgħidulhom li qed jippruvaw isibu kuntrattur biex jirranġa l-ħsara li żviluppat. L-istess persuna li tkellmet ma’ netnews.com.mt qalet li mil-lat ta mard u iġene mhix sitwazzjoni sabiħa li wieħed jgħix fiha.